CHORDS |
560. Sliem għalik sultana
Sliem għalik Sultana, Omm tal-ħniena;
Ħajja, ħlewwa u tama tagħna,
Sliem għalik. Lilek ingħajtu,
Għaliex aħna tturufnati,
Ulied Eva. Lilek nitniehdu,
Aħna li nibku u nolfqu
F’dan il-wied tad-dmugħ.
Ejja, mela, avukata tagħna,
Dawwar lejna dawk l-għajnejn
Tiegħek ta’ ħniena;
Urina wara dan it-turufnament,
Lil Ġesù, frott imbierek tal-ġuf tiegħek.
O Ħanina, o Pija,
O Ħelwa Verġni Marija. x2 |
J. Cassar
|
| |
Website: www.iktusmalta.org Copyright: Copyright