Chords
CHORDS
 
Scores
SCORE
 

574. Sultan fl-Ewkaristija

Rit:
Ejjew hawn issa flimkien ninġabru
Madwar ir-Re tal-qlub tagħna.
Aħna b’ferħ ġo qalbna, ngħannulu hienja
Għax jixtieq dejjem jgħix magħna.

Ħdejk, Mulejja, niġu lkoll
Bit-tama f’qalbna tant imħeġġa
Għaliex int Sultan kollok qdusija;
Int lilna flimkien tgħaqqad.

Int Sultan tal-ħniena
Issejjaħ dejjem lilna
Sabiex tista’ inti tferrex
F’qalb kull bniedem
Il-ferħ illi wiċċek juri. Rit:

Ħdejk, Mulejja niġu lkoll
Madwar il-mejda t’ikel bnin
Illi dejjem tħejji għalina
Biex lilna flimkien tgħaqqad.

Ħobż u nbid għalina sirt
U ssejjaħ dejjem lilna
Sabiex nieklu lilek ħalli qalb kull bniedem
Inti timla b’ferħ dejjiem. Rit:

Dun Louis Bezzina

 

Waqt Liturġiku

Tqarbin

Website: www.iktusmalta.org Copyright: Copyright