576. Taħt kartolina tal-Milied

Minn bieb għal bieb jittajru
L-anġli tad-djar Maltin
Iħabbru b’leħen ħlejju
“Twieled Ġesù Bambin”.

Rit:
U dik l-aħbar sabiħa
Tqajjem bil-ferħ lir-ruħ
Timla b’hena tas-sema
Liż-żgħażagħ u lix-xjuħ.

Doqqulu ħalli jorqod
Dat-tfajjel, anġli sbieħ
Doqqulu, għax xħin jikber
Għalih ma hemmx mistrieħ. Rit:

Imħannen taħt id-daqqa
Ta’ dawk l-anġli ħelwin
Dalwaqt għajnejh jingħalqu
Fin-nagħsa taċ-ċkejknin. Rit:

 

 

Żmien Liturġiku

Milied

Website: www.iktusmalta.org Copyright: Copyright