CHORDS |
580. Talba taż-żgħażagħ
Ġesù tagħna feddej tajjeb
Taf li lilek inħobbuk
Taf ukoll li aħna ż-żgħażagħ
Kulma għandna, nixtiequ ntuk.
Mulej inti tant ħabbejtna
Li għalina sfajt mislub
U kif nistgħu aħna ngħidu
Li f’ħajjitna m’intix misjub.
Mulej aħna, aħna ż-żgħażagħ
Hemm quddiemna l-futur
Dana lilek irridu noffru
l-ideal ta’ żagħżugħ matur.
Ħafna żgħażagħ taf li għadhom
’Il bogħod minnek o Mulej.
Minn qiegħ qalbna qed nitolbu
Biex turihom li, int Feddej. x2
|
|
| |
Website: www.iktusmalta.org Copyright: Copyright