60. B’kuraġġ wara Kristu Sultan

Ejjew ilkoll nimxu għalenija
Għax magħna llum għandna l-Messija
Kristu Sultan jgħammar ġewwa fina
Biex int u jien ngħixu imsaħħin.
Jiġbidna lejh b’ħerqa l-Mulej Sidna
Biex mill-aħjar aħna mmiddu idna
Ngħixu henjin ħajja kollha sfidi
U inxandruh, Kristu Salvatur!

Rit:
Ma’ Ġesù, b’kuraġġ ninbidlu fih
Ma’ Ġesù, żgur illi ngħixu bih
Ma’ Ġesù, ħarsitna ’l quddiem
Għaliex Hu biss,
Tiegħek, tiegħi, il-Għalliem.

Ħarsitna lejh għax Hu miet għalina
U ħall idejh biex ilkoll jifdina
Tana l-ħelsien biex naħdmu f’qalb waħda
U nagħmlu dak li jgħidilna Hu!
Sultan Rebbieħ, aħkem il-qlub tagħna
Biex din ir-ruħ dlonk mill-ġdid tistagħna
Ħoll dak l-irbit li jżommna magħqudin. Rit:

Mulej Rebbieħ, ħares b’tant imħabba
Urina sew ġo fina xi trabba
Ninżlu fil-fond f’dawn l-għeruq Kristjani
Fil-Knisja llum, insaħħu is-sisien.
La tħallinix ngħix bħaż-żagħżugħ għani
Li b’ħajtu jien dit-tagħlima tani
Naċċetta b’ferħ dawk is-sejħat tiegħek
Nimxi warajk, għax Inti s-Sultan. Rit:

 


Website: www.iktusmalta.org Copyright: Copyright