Raġġ ta’ dawl li jifred is-sħab,
Imewwet il-foga u t-trab
Jagħti nifs lill-ħsibijiet tagħna,
Bħal qawsalla f’nofs sema bir-ragħad.
Bil-preġudizzji u kompromessi,
Ħloqna ħafna inċertezzi,
Insejna lil ta’ madwarna,
Insejna l-kliem li qal fuq il-muntanja:
Rit:
Bħalma ħabbejtkom jien,
Hekk ħobbu intom lil xulxin.
Għax din hi l-imħabba vera,
Li jiena tajt ħajti għall-bnedmin.
Bħalma ħabbejtkom jien,
Hekk ħobbu intom lil xulxin.
Din hi t-triq għas-salvazzjoni,
U li twassalkom għand Missieri.
Sajjieda tal-bnedmin għamilhom,
U l-kelma tiegħu ħallielhom.
L-Ispirtu tiegħu nefaħ fuqhom,
U b’ilsna tan-nar, moħħhom dawlilhom.
Fejjaq il-morda fit-trejqat ta’ pajjiżu,
U b’festa ta’ palm laqgħuh niesu
B’salib ikkundannawh,
Minħabba l-kliem li qal fuq il-muntanja: Rit:
Jien ir-Ragħaj, u intom n-nagħaġ,
Jien id-dielja, u intom il-friegħi.
Hekk tkunu ħaġa waħda miegħi,
Jekk tgħixu dal-kliem b’kuraġġ. Rit:
|