Available from KDZ office
SCORE
 

612. U paċi fuq l-art

Dik l-għanja sbejħa,
Dik l-għanja mbierka,
L-għanja ta’ paċi
Bl-isbaħ xewqiet,
Baqgħu jgħannuha
L-anġli ferrieħa
U l-bnedmin magħhom
Nhar il-Milied.

Jgħannu l-imħabba,
L-imħabba kbira
Li niżżlet ’l Alla fost il-bnedmin,
Li tgħaqqad lilna,
Lill-fqar u l-għonja
U tibdel f’ġenna
Djar il-Maltin.

L-hena mis-sliema
Fuq wiċċ id-dinja
Jinżlu mal-miġja
Ta’ dal-Bambin.
O jum mistenni,
Li l-bnedmin kollha,
Bħala wlied Alla,
Jgħannqu ’l xulxin!

Dun Frans Camilleri & V. Tabone

 

Żmien Liturġiku

Milied

Website: www.iktusmalta.org Copyright: Copyright