CHORDS SCORE PPT |
647. Żommli jdejja, Mulej
Meta d-dalma tal-lejl
Taqa’ fuqi, Mulej,
Meta għajnejja jitqalu bid-dmugħ.
Rit:
Meta fl-hemm u fl-uġigħ
Fuq spallejk nistrieħ,
Żommli jdejja, Mulej, f’idejk.
Meta waħdi f’tiġrib
Nimxi t-triq tas-salib,
Meta ħbiebi ma jagħrfunix. Rit:
Meta fit-triq għajjien,
Dawl ma nara mkien,
Dawl ta’ ħajti kun int, Mulej. Rit: |
Jim Reeves
Addattata għall-Malti minn Joe Tanti (Greenfields)
|
| |
Website: www.iktusmalta.org Copyright: Copyright