|
648. Żommni qribek
Qalbi tixxennaq b’tama kbira fik
Taqbida f’ħajti, Mulej x’nista’ nagħtik
Ruħi għatxana għalik
Li nagħrfek hekk kif int
Nixrob mix-xmara
Ta’ grazzji bla waqfien.
Rit:
Żommni qribek
Qribek Mulej Ġesù
Fi ħdanek irrid ngħix
La titlaqnix
Żommni qribek
Qribek irrid ngħix jum wara jum
Kun is-sid ta’ ħajti int illum
Kemm nixtieq
Li nkun qribek Ġesù.
F’kull għodwa ġdida
Nagħraf wiċċek o Mulej
B’għarfien fl-Ispirtu
Nagħraf li int Feddej
Qalbi tittama fik
Li ngħix miegħek kull ħin
F’din il-preżenza
Għal dejjem magħqudin. Rit: |
Paul Baloche, Geoffrey Cueller, Sandy Hoffman,
Ed Kerr © 1996 Integrity's Hosanna Music & Integrity's
Praise Music/Sovereign Music UK
Addattata ghall-Malti mill-originali 'Deeper'
minn Mario Cucciardi
|
| |
Website: www.iktusmalta.org Copyright: Copyright