Chords
CHORDS
 
Scores
SCORE
 

701. ĦELU Bambin

Chiara, Fr Gorg Ofm Conv



Ċkejken Messija, hawn huwa l-Milied,

’lideK f'did-dinja, li twarrbek hi trid.

Ejja u ara O bniedem, b'Sinjal

Kif l-Anġli dlonk ħabbru skont KelmteK Mulej:


Ġużeppi u Marija mar-Rgħajja qimuH, Il-Maġi sabuH,

Tarbija f'maxtura: "Bambino Gesù" Ġesù Bambin!


Ħelu Bambin B'qalbi kollha nfaħħreK

F'kull żmien u f'kull Milied

Ħelu Bambin Veru jiena inħobboK

Ġesù Bambin.


Dal-Milied kollu hu Tiegħek Bambin,

GħaliK huwa dan l-istaġun ta' barkiet,

Qatt żgur mingħajrek ma jkollna Milied,

T'Hena, ta' Paċi u Ġid tas-smewwiet.


Il-Verb ta' Alla twieled għalija u għalik, Ejjew nadurawH,

U Hu għammar fostna, għalhekk b'twemmin kbir niċċelebrawH!


Ħelu Bambin...


Brigde: B'dil-għanja ħelwa tal-Milied,

Bl-ilwien ta' dat-tiżjin fl-ibliet,

Bil-Presepji u Knejjes sbieħ,

Ngħolluk b'ġieh O Mulej


Ħelu Bambin B'qalbi kollha nfaħħreK

F'kull żmien u f'kull Milied

Ħelu Bambin Veru jiena inħobboK — dejjem ridt u emmint

Ħelu Bambin B'qalbi kollha inħobboK

Ġesù Bambin.

Muzika: Andrew Zammit
Kliem: Fr George Ocar Buttigieg

 

Waqt Liturġiku

Dħul
Tqarbin
 

Tema

Qima
Varji
 

Żmien Liturġiku

Avvent
Milied

Website: www.iktusmalta.org Copyright: Copyright