CHORDS SCORE | 703. Kif Qatt nista’(Iktus 1, n. 248)
Rajtek f’tbissima ta’ wieħed magħkus Smajtek f’tisfira t’għasfur tal-bejt, Ħarstek lmaħtha f’ta’ ħija batut Turini li lili Inti qatt ma nsejt Tgħidli li lili bqajt tħobb.
Rajtek fi fjura, titbissem ġo ġnien Lmaħtek f’gawwija, tiġġerra mar-riħ Idejk żammejtlek, f’ta’ tifel brikkun Turini li lili Inti qatt ma nsejt Tgħidli li lili bqajt tħobb.
Lmaħtek f’żiffa ħelwa tmellisni bil-mod Rajtek f’mewġ ikħal titbewwes mal-blat Wiċċek fil-ħofra ta’ raġel magħdur Turini li lili Inti qatt ma nsejt Tgħidli li lili bqajt tħobb.
Rajtek fis-sħana tax-xemx ta’ kuljum Smajek fil-karba ta’ wieħed muġugħ Mulej kif qatt nista’ jien lilek ninsiek Jekk biss madwari nimraħ tinsab hemm kull ħin Mulejja jiena lilek inħobb. | Waqt LiturġikuTqarbin TemaQima Varji Żmien LiturġikuFerja |
Website: www.iktusmalta.org Copyright: Copyright