704.
Ejja O Spirtu
Mużika
ta’ Chiara
Bizzetti (Vieni O Spirito) Kliem ta’ P. Walter Vassallo ofm
Ejja o Spirtu
Ejja o Spirtu, Ejja
Spirtu t’Alla
Ejja u imla lil
qalbna.
Ejja o Spirtu, u
onfoħ fuqna lkoll
agħti ’l
uliedek il-ħajja.
Għax
Inti l-aqwa faraġ tagħna
fik kull
hena xħin tkun magħna
fl-għajja
lejn is-serħ twassalna
mid-dmugħ
tixxotta l-għajnejn.
Agħti
d-dawl lil dawn għajnejna
agħti
s-saħħa lil dawn qlubna
agħti
lil moħħna l-għarfien
agħtina
n-nar ta’ imħabbtek.
Ejja o Spirtu...
Naddaf
kull fejn hemm it-tbajja
fejn hemm
nixfa reġġa’ l-ħajja
rattab
fina l-għebusija
agħti
’l berdin il-bżulija.
Agħti
is-seba’ doni tiegħek
lil min
jimxi fidil miegħek
agħti
kull virtù sabiħa
’l
min jistrieħ fik kull ħin.
Ejja
o Spirtu...
|