Chords
CHORDS
 
Scores
SCORE
 

705. Intom ix-Xhieda Tiegħi


Intom ix-xhieda tiegħi,
jekk mal-poplu tistqarru min jien.

Intom ix-xhieda tiegħi,
jien li nagħti il-veru ħelsien.

Intom ix-xhieda tiegħi,
li nibgħatkom ilkoll kullimkien.

Ixhdu għalija bla ebda mistħija,
li għadni is-Sid tal-ħolqien.

Agħtu dix-xhieda lil ħutkom mixtieqa,
li jagħrfu fis-sewwa min jien.


Nibgħatkom ġejt, igħid il-Mulej,

bħal nagħaġ qalb miljuni ta’ lpup.

Morru għidulhom li min jaċċettani,

minn lupu jien nagħmlu ħaruf. Rit.


Nibgħatkom ġejt, għand min jien fdejt,

għal min demmi kollu xerridt.

Morru għidulhom li mxennaq għalihom,

ngħannaqhom minn dejjem jien ridt. Rit.


Nibgħatkom ġejt, għax qatt ma nsejt,

lil ħafna li telqu ’il bogħod.

Morru għidulhom li lest li nilqagħhom,

u nerġa’ inqiegħdhom fis-sod. Rit.


Nibgħatkom ġejt, Jien hu l-Feddej,

nibgħatkom fost ħafna eluf.

Morru għidulhom kif lilhom salvajthom,

għax ġejt biex insib il-mitluf. Rit.


Nibgħatkom ġejt, għax irrid ngħid,

minn fommok li nħobbhom tassew.

Morru għidulhom bil-ħajja fissrulhom,

li jiena irbaħt anki l-mewt. Rit.

 

Waqt Liturġiku

Dħul
Tqarbin
Għeluq
 

Tema

Varji
 

Żmien Liturġiku

Ferja
Milied
Għid

Website: www.iktusmalta.org Copyright: Copyright