 
 
| CHORDS SCORE | 706. Kollox Nagħtik MulejĦu Mulej dawn l-offerti, dan il-ħobż dana l-inbid. Ħu Mulej dak kollu l’għandna Kull ma nħobb u kull ma rrid lilek nagħtik. 
 Ħu dil-qalb li qed noffrulek hi mimlija ferħ u hemm Noffri wkoll il-ħajja tiegħi Kull ma nħobb u kull ma rrid lilek nagħtik. 
 
 Kristu stess li miet għalina mis-salib għalina lkoll Ħobbu lil xulxin bħal aħwa Kull ma nħobb u kull ma rrid lilek nagħtik. 
 Ejjew mela noffru qalbna lill-Mulej tas-sema w l-art Ħu Mulej dak kollu l’għandna Kull ma nħobb u kull ma rrid lilek nagħtik. | Waqt LiturġikuOffertorju TemaVarji Żmien LiturġikuFerja | 
Website: www.iktusmalta.org Copyright: Copyright