CHORDS SCORE | 708. Kun tagħhom ir-RagħajFr Karm Debattista mssp
Għażiltek u ħtartek għalija U mal-poplu tiegħi kun Għażiltek biex lilhom tmexxi U fil-mixja qrib tagħhom tkun
Ħudhom f’mergħat kollha ħdura, Fejn hemm mistrieħ u sliem Qalbhom imkissra u mweġġgħa Weħidhom, bi spirtu għajjien
Irgħa l-ħrief tiegħek, ħu ħsiebhom ilkoll Dawk qrib, sew dawk bogħod jeħtiġuk Wasslilhom il-Kelma li ’l qalbhom tmiss Imxi qabilhom u huma jsegwuk.
Kun tagħhom ir-ragħaj!
Kun magħna għax mitlufa nfittxu Mexxina u urina t-triq Għax dgħajfa sawwab fuqna żejt safi Imlina bl-Ispirtu, qalbna tfiq. Rit.
Kun tagħhom ir-ragħaj! Tagħhom ir-ragħaj! Kun tagħhom ir-ragħaj! | Waqt LiturġikuDħul Tqarbin Għeluq Żmien LiturġikuFerja Għid |
Website: www.iktusmalta.org Copyright: Copyright