CHORDS SCORE | 709. L-ispirtu tal-Mulej
L-Ispirtu talMulej qed jistrieħ fuqi, L-Ispirtu talMulej ikkonsagrani; ħa nwassal bxara tajba, bxara tajba lill-fqajrin, faraġ u sliem, ħelsien lill-imjassrin.
L-Ispirtu t’għerf u dehen qed jistrieħ fuqi, idawwal triqti twila, ftit mudlama; jagħtini għanja ġdida, x’ngħanni b’ħeġġa lill-bnedmin, kliem mimli sliem inxandar lil kulħadd.
L-Ispirtu ta’ kuraġġ qed jistrieħ fuqi, ħa nagħti xhieda ħajja ta’ twemmini; jislifni l-qawwa tiegħu biex inxandar kullimkien l-isbaħ aħbar: is-Saltna ta’ Ġesù.
L-Ispirtu kollu paċi jistrieħ fuqi, bħal xmara t’hena kbir issawwab fija; biex fommi jlissen, jgħanni kliem Ġesù, is-Salvatur, li fostna ġie iferraħ l-imnikktin.
L-Ispirtu tal-imħabba jistrieħ fuqi, l-Ispirtu ta’ Ġesù qed iħeġġiġni; biex bħalu nagħti ħajti, qalbi noffri lill-bnedmin, ħa jseħħ issliem, ikollna ferħ dejjiem. | Waqt LiturġikuDħul Tqarbin TemaSpirtu s-Santu Żmien LiturġikuFerja Għid |
Website: www.iktusmalta.org Copyright: Copyright