71. Bxara ta’ hena

Rit:
Imxu ja rgħajja, ħallu l-merħliet
Għax bxara tajba għalikom ġiet
U nitlobkom tibżgħu xejn
Illum twieled il-Feddej.
Bxara ta’ hena ġab lill-fqajrin
U ġo għar twieled ċkejken Bambin
F’Betlem morru ħa taraw
Fittxu ersqu adurawh.

Fl-għelieqi kien hemm xi rgħajja
Qed jindukraw in-nagħġiet
F’daqqa waħda jaraw dija
U anġlu tfaċċa mis-smewwiet. Rit:

Mis-sema bil-qtajja’ l-qtajja’
Niżlu jgħannu f’dak is-skiet
Għanja t’hena, sliem u paċi
Dwiet sal-ibgħad artijiet. Rit:

 

 

Żmien Liturġiku

Milied

Website: www.iktusmalta.org Copyright: Copyright