Chords
CHORDS
 
Scores
SCORE
 

715. Inħobbok f’min hu fqir

(Iktus 1, n. 179)


Għax ngħid li nemmen fik Mulej

Li mħabbti kollha għalik,

Jekk ma narakx fil-fqir magħkus

Li l-ikbar xebħ jagħtik?


Kif għandi l-ħila ngħid li Int

Tinsab fil-ġmiel tal-ward,

U ninsa ‘l min jinsab fil-għaks

Fil-qtiegħ ta’ qalb, fil-mard?


Kif tista’ qalbi tfur bil-ferħ

W għanjietha tgħolli lejk,

Jekk mogħmi ma nilmaħx li hemm

Imsallab ħija ħdejk?


L-inbid u l-ħobż li jiena nduq

M’humiex se jtuqu r-ruħ

Jekk ma nismax l-għajat maħnuq

Ta’ min jinsab bil-ġuħ!


Mulej inħobbok f’min hu fqir

Li jġegħelni nemmen fik,

Għax nilmħek f’kull min hu magħkus

Li l-ikbar xebħ jagħtik.

 

Waqt Liturġiku

Tqarbin
 

Żmien Liturġiku

Ferja
Randan

Website: www.iktusmalta.org Copyright: Copyright