Available from KDZ office
SCORE
 

85. Daħla (Ikun li trid Int)

Ħa ngħannulkom din il-ġrajja
F’erbatax-il pass qaddis illi mexa Kristu Sidna
Bl-għuda tas-salib għażiż.
Sa ma wasal fil-quċċata
Ta’ imħabbtu għall-bnedmin
Biex hemm ħalla ħajtu għalina
U aħna ġejna meħlusin.
Din il-ġrajja ta’ kull sena
Infakkruha f’dan iż-żmien
Imma kemm, kemm ftit niftakar
Illi l-ħtija tagħha jien.
Għax kont jien illi ttradejtu
Meta kien l-aqwa ħabib
U kont jiena li kaxkartu
Mal-għolja iebsa tas-salib.


Kliem ta’ Manwel Mifsud fuq Mużika tradizzjonali Maltija © 2002

 

 

Tema

Via Sagra

Website: www.iktusmalta.org Copyright: Copyright