Chords
CHORDS
 

89. Dan li rrid

Rit:
Tagħtini ferħ li ma jitfissirx
Dan li rrid, dan li rrid
Tassew kbir, ma tinbidilx
Tibqa’ hekk sħiħ, tibqa’ hekk sħiħ.

Jekk il-ħajja bħall-ilma,
Jien art niexfa nkun
Jekk hi mixja twila, anqas bdejt inqum
Jekk hi dawl dejjiemi,
Nara hawn biss id-dlam
Sakemm iltqajt miegħek,
Alla kbir setgħan. Rit:

Jekk il-ħajja hi ġlieda,
Miegħek nirbaħ żgur
Jekk hi ritmu qawwi, ħajti żifna tkun
Jekk hi festa kbira, f’qalbi tnissel ferħ
Meta ltqajt miegħek,
Sibt kull hena u serħ. Rit:

Meta mkisser, fik kollox sħiħ
Int kulma rrid, kulma rrid
Imħabbtek tqawwi, kull telqa tfieq
Fik jien sħiħ! Rit:



Fr. Karm Debattista mssp © 2004 Karm Debattista mssp

 

 

Tema

Qima
Varji

Website: www.iktusmalta.org Copyright: Copyright