Bil-qamħa Maltija, Kristu ħanin,
Biha jrejjaqna, lilna l-bnedmin,
Bl-għenba Maltija, Kristu jrid,
Jagħtina demmu, kalċi bl-inbid.
L-idejn qaddisa, tas-saċerdot,
Waqt il-quddiesa, l-ispeċi jrodd,
Lil ħanin Alla, lilna jrodd
Is-sagrifiċċju, t’għasir il-frott.
Il-ħajja tagħna, tkun bħall-artal;
B’qalbna nadifa, mill-ġieħ battal,
L-offerta nsiru, bil-mod il-mod.
Tintlaqa’ minnek, kbir Saċerdot. |