CHORDS    | 
      
        97.  Dielja għażiża  
         
          
            
              Ħobż it-tbatija tatna Eva 
                Eva ġdida. Ommna Marija 
                Lil Ġesù Ħobż ħaj tagħtina 
                Bih il-Knisja llum tmantnina. 
                                  Rit:  
                  Għinna nilqgħu  
                  O Marija 
                  Dan il-Ħobż hekk qaddis 
                  Sabiex miegħek aħna nfaħħru 
                  Lill-Qaddis tal-qaddisin. 
                O Marija, għalqa għammiela 
                  F’ġufek nibet qamħ Divin 
                  Ġisem Kristu mogħti lilna 
                  Illi jżommna mal-ħajjin.		Rit:  
                Inti Dielja hekk għażiża 
                  Minnek ħadna għeneb bnin. 
                  F’demm ta’ Kristu llum jinbidel 
                  Biex jagħmilna lkoll henjin.	Rit: 
                Ma’ Marija hawn miġbura 
                  Ħajr inroddu lill-Mulej 
                  B’ġismu u b’kelmtu lilna jżommna 
                  Jibqa’ magħna għal li ġej.		Rit: 
                 
                
  | 
             
           
          Dun Gerard Buhagiar & Joe Formosa © Santwarju ta' 
            Pinu 
            
           | 
       
      |  | 
        Website: www.iktusmalta.org Copyright: Copyright